© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

Home / Events / Uncategorized / Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

By Istitut Karmelitan inUncategorized
Programm tal-lezzjonijiet
2015-2016
Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u l-ikel ta’ nofsinhar
L-Ewwel Sena
•   Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
     Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora l-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu nnifsu matul iż–żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u jikkomunika miegħu.
Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla

Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora kif il-bniedem matul iż–żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali ta’ Alla u jidħol fid-dinamiċità ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi, u passi lura li l-bniedem jagħti sa ma jasal għal tweġiba tal-għotja sħiħa lil Alla.
Is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija

    Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul żewġ millennji. Il-Perjodi li se jiġu trattati huma:
1.     Iż–Żmien Patristiku
2.     Iż–Żminijiet tan-Nofs
3.     Iż–Żmien Modern
4.     Iż–Żmien Post-Modern
Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva tagħhom. Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija, Ortodossa, Anglikana u Iżlamika. L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• It-Tfittxija t’ Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif? Jekk le, għaliex? X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil Alla.
Is-Sibt 13 ta’ Frar 2016
09.30am – 12.15pm

02.30pm – 06.00pm
  • Previous PostKORS BAŻIKU TA' SPIRITWALITÀ KARMELITANA - 2015-2016
  • Next PostThomas Merton Seminar: 100 sena mit-Twelid

Related Posts

Joseph Brodsky
Uncategorized

Joseph Brodsky

Courses & Seminars 2021-2
Uncategorized

Courses & Seminars 2021-2

Praise of Glory
Uncategorized

Praise of Glory

I Myself Will Carry You
Uncategorized

I Myself Will Carry You

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy