© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

Home / Events / Uncategorized / Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

By Istitut Karmelitan inUncategorized

L-Għan tal-Carmelite Institute Malta mhuwiex biss wieħed ta’ tagħlim, iżda wkoll ta’ riċerka. Bħala Istitut formattiv ngħinu lill-istudenti japprofondixxu l-istudji u r-riċerka tagħhom u nħeġġuhom jikkontribwixxu huma wkoll permezz ta’ pubblikazzjonijiet. Għaldaqstant bħala Istitut ninċentivaw ukoll l-istudju billi nippublikaw xogħlijiet ta’ kalibru akkademiku li joħorġu mill-moħħ u l-pinna tal-istudenti li jsegwu l-korsijiet tagħna. Dan l-aħħar wasalna għal ftehim mal-Edizioni Carmelitane, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Institutum Carmelitanum li s-sede tiegħu tinsab f’Ruma li f’kollaborazzjoni magħhom nippublikaw studji magħżula mir-riċerka tal-istudenti tal-Carmelite Institute Malta. Diġà kellna xi studenti li ppublikaw xi artikli fir-Rivista Carmel in the World.

Fil-jiem li ġejjin se tiġi ppublikata edizzjoni kritika b’kummentarju u noti ta’ test Karmelitan tas-seklu 16, imsejjaħ Il-Pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm. L-awtur ta’ dan it-test huwa l-Karmelitan Ian Pascha. Dan il-pellegrinaġġ huwa l-ewwel forma ta’ eżerċizzju miktub ta’ dik li llum nafuha bħala l-Via Crucis, bid-differenza li fiha stazzjon għal kull jum tal-ġurnata.

Dan l-istudju kritiku bl-Ingliż se jiġi mitbugħ fis-sensiela Carmel in the World Paperbacks.

  • Korsijiet Sena Akkademika 2016-2017
    Previous PostKorsijiet Sena Akkademika 2016-2017
  • Next PostMA degrees in Spirituality and Spiritual Companionship at UM
    Korsijiet Sena Akkademika 2016-2017

Related Posts

Joseph Brodsky
Uncategorized

Joseph Brodsky

Courses & Seminars 2021-2
Uncategorized

Courses & Seminars 2021-2

Praise of Glory
Uncategorized

Praise of Glory

I Myself Will Carry You
Uncategorized

I Myself Will Carry You

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy