© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

Carmelite Institute Malta

Home / Events / Carmelite / Carmelite Institute Malta

Carmelite Institute Malta

By Istitut Karmelitan inCarmelite, Courses, John of the Cross, Seminars, Spirituality

Programm – 2025 – Programme

Il-Carmelite Institute Malta qed jippreżenta l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2025-26, li se jkun qed idur bis-sħiħ madwar San Ġwann tas-Salib, hekk kif il-Karmelu fl-2026 se jfakkar it-300 sena mill-kanonizzazzjoni tiegħu u 100 sena mid-Dottorat. Il-programm jiftaħ b’kors li jibda f’Novembru u jibqa’ sejjer sa’ April, imbagħad f’Mejju jkollna wkoll irtir li fih nirriflettu u nimmeditaw fuq il-mixja spiritwali tagħna mgħejunin mid-duttrina ta’ San Ġwann tas-Salib. Għal din is-sena hemm il-ħsieb li noffru wkoll pellegrinaġġ fuq il-passi tad-‘Duttur Mistiku ’ fi Spanja. Matul is-sena se jsiru wkoll klassijiet ta’ Meditazzjoni Nisranija fit-tradizzjoni Karmelitana, u li se jkunu ispirati mit-tagħlim ta’ San Ġwann tas-Salib sabiex insaħħu t-taħriġ tagħna. B’kollaborazzjoni mal-Jesuit Foundation u l-Akkademja tal-Malti, l-Istitut se jkun qed jorganizza wkoll żewġ attivitajiet kulturali: rappreżentazzjoni teatrali tal-Kastell Ġewwieni ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù kif ukoll taħdita fuq l-arkivju u l-librerija ta’ Mario Azzopardi mħollija minnu lill-Istitut Karmelitan.

Nistednukom bil-qalb tingħaqdu magħna f’din il-mixja tar-ruħ u għal aktar tagħrif tistgħu tiktbulna fuq istitut@karmelitani.org

Programm-CIM-2025-26-3Download
  • KLASSI TAL-MEDITAZZJONI NISRANIJA / CHRISTIAN MEDITATION CLASS
    Previous PostKLASSI TAL-MEDITAZZJONI NISRANIJA / CHRISTIAN MEDITATION CLASS
  • Next PostPilgrimage in the Footsteps of St John of the Cross

Related Posts

The Ascent of Mount Carmel
Carmelite Course John of the Cross Seminar

The Ascent of Mount Carmel

Christian Meditation Course (Session 4)
Carmelite Course Courses Spirituality

Christian Meditation Course (Session 4)

KLASSI TAL-MEDITAZZJONI NISRANIJA / CHRISTIAN MEDITATION CLASS
Carmelite Spirituality

KLASSI TAL-MEDITAZZJONI NISRANIJA / CHRISTIAN MEDITATION CLASS

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy