© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

Fil-Fjamma Siekta. Il-Mistika ta’ San Ġwann tas-Salib

Home / Events / Uncategorized / Fil-Fjamma Siekta. Il-Mistika ta’ San Ġwann tas-Salib

Fil-Fjamma Siekta. Il-Mistika ta’ San Ġwann tas-Salib

By Istitut Karmelitan inUncategorized

F’għeluq it-300 sena mill-Kanonizzazzjoni u l-100 Sena mid-Dottorat ta’ San Ġwann tas-Salib, l-Istitut Karmelitan qed itella’ Kors miftuħ għal kulħadd li se jsir fuq medda ta’ sitt nofstanhari mmexxija minn diversi kelliema.

Il-Kors isir fil-jiem imniżżla hawnhekk, f’Dar Manresa bil-kollaborazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex u huwa miftuħ għal kulħadd.

Filwaqt li ma jintalabx ħlas biex nieħdu sehem, kull donazzjoni hija milqugħa u tgħinna nkomplu dawn l-inizjattivi ta’ formazzjoni spiritwali.

Il-Kors ikun bil-Malti, bejn id-9.30am u n-12.30pm.

Min jixtieq jieħu sehem jibgħat ittre fuq: istitut@karmelitani.org

25 t’AprilIs-Sisien Karmelitani tal-Mistika ta’ San Ġwann tas-SalibP. Alexander Vella, O.Carm.
2 ta’ MejjuIl-Kuntest u l-Ħajja ta’ San Ġwann tas-SalibIs-Sur Warren J. Borg Ebejer, TOKS.
9 ta’ MejjuIt-Telgħa tal-Għolja Karmel: Inħaffu lejn l-Għaqda ma’ AllaP. Kurt Mizzi, O. Carm.
23 ta’ MejjuIl-Lejla Mudlama: Fis-Skiet u l-Ħemda tal-Lejl, Alla jbiddilnaDr Glen Attard
30 ta’ MejjuL-Għanja tar-Ruħ: L-Imħabba ssir l-IIsien tar-RuħDr Glen Attard
6 ta’ GunjuIl-Fjamma Ħajja tal-Imħabba: Maturazzjoni mistika fir-Ruħ ImsebbħaIr-Rev. Prof. Charló Camilleri, O.Carm.
  • Previous PostThe Dark Night: Suffering, Silence and Transformation

Related Posts

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy