© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

L-Għanja tal-Imħabba mhux Maħbuba: Seminar (12-14 ta’ Mejju)

Home / Events / Uncategorized / L-Għanja tal-Imħabba mhux Maħbuba: Seminar (12-14 ta’ Mejju)

L-Għanja tal-Imħabba mhux Maħbuba: Seminar (12-14 ta’ Mejju)

By Istitut Karmelitan inUncategorized

F’għeluq l-450 sena mit-twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, mistika Karmelitana u għalliema tal-ħajja spiritwali, l-Istitut Karmelitan se joffri seminar dwar l-esperjenza u d-duttrina ta’ din il-qaddisa li l-Papa Benedittu XVI fl-2007 sejħilha “Għalliema tal-Ħajja Spiritwali għal kulħadd u l-aktar għas-saċerdoti li għalihom offriet ħajjitha.”

F’dan is-seminar immexxi minn P. Charlò Camilleri, Karmelitan nagħtu ħarsa lejn il-ħajja, l-esperjenza u d-duttrina ta’ din il-qaddisa minn bosta laqtiet u xejriet li jsawwru l-personalità tagħha. Ikollna wkoll l-opportunità li nħarsu lejn il-kitbiet mistiċi li ħalliet.

PROGRAMM

Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju: Ħajja, Kuntest, Duttrina

07.00pm L-Ewwel Sessjoni
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Talba tal-Għasar
09.20pm Għeluq

Is-Sibt 13 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet  – 1

09.30am L-Ewwel Sessjoni
09.45am Pawsa
10.00am It-Tieni Sessjoni: Qari fil-Kwiet ta’ Testi magħżula
10.45am It-Tielet Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
11.30am Pawsa
11.45am Quddiesa
12.30pm Ikel ta’ Nofsinhar
02.30pm Ir-Raba’ Sessjoni
03.15pm Pawsa
03.30pm Il-Ħames Sessjoni
04.15pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi


Il-Ħadd 14 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet  – 2
08.30am Quddiesa
09.30am Is-Sitt Sessjoni
10.15am Pawsa
10.30am Qari fis-skiet
11.00am Pawsa
11.15am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.00pm Tmiem
*Imexxi s-Seminar P. Charlò Camilleri, O.Carm.
*Is-Seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni biex inkopru l-ispejjeż, speċjalment tan-noti li jitqassmu.
*Waqt is-seminar ikun hemm il-pawsiet għall-kafè u gallettini. Għall-ikel ta’ nofsinhar kulħadd jaħseb għalih. Fl-inħawi wkoll hawn diversi stabbilimenti fejn wieħed jista’ jitrejjaq.
*Il-programm dettaljat bit-temi tas-sessjonijiet jingħataw il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju lil min ikun qed jieħu sehem.
*Min se jieħu sehem javża minn qabel.

  • SEMINAR F'GĦELUQ IL-100 SENA MIL-MEWT TAL-B. CHARLES TA' ĠESÙ (DE FOUCAULD)
    Previous PostSEMINAR F'GĦELUQ IL-100 SENA MIL-MEWT TAL-B. CHARLES TA' ĠESÙ (DE FOUCAULD)
  • Next PostKors Bażiku fl-Ispiritwalità Karmelitana (2017-2019)
    SEMINAR F'GĦELUQ IL-100 SENA MIL-MEWT TAL-B. CHARLES TA' ĠESÙ (DE FOUCAULD)

Related Posts

Joseph Brodsky
Uncategorized

Joseph Brodsky

Courses & Seminars 2021-2
Uncategorized

Courses & Seminars 2021-2

Praise of Glory
Uncategorized

Praise of Glory

I Myself Will Carry You
Uncategorized

I Myself Will Carry You

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy