© All rights reserved.
Carmelite Institute Malta
  • Home
  • Events
  • About Us
  • Reach Us
  • Links
Carmelite Institute Malta

Silent Meditation Retreat

Home / Events / Uncategorized / Silent Meditation Retreat

Silent Meditation Retreat

By Istitut Karmelitan inUncategorized

It-Taħriġ Meditattiv

Seminar/Irtir fid-Dar tat-Talb Lunzjata mill-15 sas-17 ta’ Jannar 2021

  • F’dawn il-jiem li se nqattgħu flimkien se nidħlu fil-fond tat-taħriġ meditattiv. L-irtir huwa maħsub kemm għal dawk li jitħarrġu fil-meditazzjoni u jieħdu sehem fil-klassijiet ta’ Meditazzjoni nisranija fil-Karmnu tal-Imdina, kif ukoll għal min jixtieq jibda jitħarreġ fil-meditazzjoni. Fis-sessjonijiet se nistudjaw flimkien testi li huma sisien fit-taħriġ meditattiv, meħuda mit-tradizzjonijiet tal-Lvant Imbiegħed u mill-Punent Nisrani.
  • Dan l-irtir isir strettament fis-skiet.
  • Biex jinżamm is-skiet u l-ispirtu ta’ ġabra, min jieħu sehem iżomm f’moħħu li jrid iżomm is-skiet u jitħaddet biss fejn hemm ħtieġa u b’leħen baxx. L-użu tal-mobiles u apparat teknoloġiku ieħor mhux permess, jekk mhux biss għal ħtieġa urġenti. Dawn għandhom jinżammu mitfija, jew jekk ma jistax isir mod ieħor, siekta.
  • Sabiex ngħinu l-prattika meditattiva l-ikliet ikunu veġetarjani.
  • Sabiex nitħarrġu fis-siwi tat-talb interjuri, t-Talb tas-Sigħat li s-soltu jsir flimkien f’dan l-irtir isir fil-privat fil-ħinijiet tal-kwiet.
  • Minħabba n-natura meditattiva  tiegħu, dan l-irtir m’huwiex se jixxandar online.
  • Prezz: €35 kull persuna kull lejl.
  • Il-postijiet huma limitati.
  • Persuni (sa 2) mill-istess dar jistgħu joqogħdu fl-istess kamra.

* Il-Meditazzjoni issir flimkien fis-Sala.

** Is-Sessjonijiet isiru kollha fis-Sala

*** Fil-Kappella ta’ San Elija fid-Dar

  • Looking for the Hidden God
    Previous PostLooking for the Hidden God
  • Next PostEmpathy through the Eyes of Edith Stein
    Looking for the Hidden God

Related Posts

Joseph Brodsky
Uncategorized

Joseph Brodsky

Courses & Seminars 2021-2
Uncategorized

Courses & Seminars 2021-2

Praise of Glory
Uncategorized

Praise of Glory

I Myself Will Carry You
Uncategorized

I Myself Will Carry You

Istitut Karmelitan Logo

Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina. MDN 1190, Malta
+356 21454524  istitut@karmelitani.org

Privacy Policy

Copy