Fil-Fjamma Siekta. Il-Mistika ta’ San Ġwann tas-Salib
F’għeluq it-300 sena mill-Kanonizzazzjoni u l-100 Sena mid-Dottorat ta’ San Ġwann tas-Salib, l-Istitut Karmelitan qed itella’ Kors miftuħ għal kulħadd li se jsir fuq medda ta’ sitt nofstanhari mmexxija minn diversi kelliema.
Il-Kors isir fil-jiem imniżżla hawnhekk, f’Dar Manresa bil-kollaborazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex u huwa miftuħ għal kulħadd.
Filwaqt li ma jintalabx ħlas biex nieħdu sehem, kull donazzjoni hija milqugħa u tgħinna nkomplu dawn l-inizjattivi ta’ formazzjoni spiritwali.
Il-Kors ikun bil-Malti, bejn id-9.30am u n-12.30pm.
Min jixtieq jieħu sehem jibgħat ittre fuq: istitut@karmelitani.org
| 25 t’April | Is-Sisien Karmelitani tal-Mistika ta’ San Ġwann tas-Salib | P. Alexander Vella, O.Carm. |
| 2 ta’ Mejju | Il-Kuntest u l-Ħajja ta’ San Ġwann tas-Salib | Is-Sur Warren J. Borg Ebejer, TOKS. |
| 9 ta’ Mejju | It-Telgħa tal-Għolja Karmel: Inħaffu lejn l-Għaqda ma’ Alla | P. Kurt Mizzi, O. Carm. |
| 23 ta’ Mejju | Il-Lejla Mudlama: Fis-Skiet u l-Ħemda tal-Lejl, Alla jbiddilna | Dr Glen Attard |
| 30 ta’ Mejju | L-Għanja tar-Ruħ: L-Imħabba ssir l-IIsien tar-Ruħ | Dr Glen Attard |
| 6 ta’ Gunju | Il-Fjamma Ħajja tal-Imħabba: Maturazzjoni mistika fir-Ruħ Imsebbħa | Ir-Rev. Prof. Charló Camilleri, O.Carm. |
