KORS U TAĦRIĠ FIL-LECTIO DIVINA
Qari Kontemplattiv tal-Kelma ta’ Alla
Nhar l-14 ta’ Ottubru jiftaħ il-kors tal-Lectio Divina mill-Istitut Karmelitan. Fil-laqgħat ta’ darba fix-xahar mhux biss nitgħallmu t-teoloġija u l-ħsieb dwar dan it-taħriġ imma wkoll nitħarrġu fil-Lectio Divina, jiġifieri fil-qari meditattiv u fi spirtu ta’ talb tal-Kelma ta’ Alla.
Min jixtieq jieħu sehem jikteb fuq: istitut@karmelitani.org
