Klassi tal-Meditazzjoni
“Ngħixu ħajja ta’ Talb u Għaqda ma’ Alla”
Is-sessjoni li jmiss ta’ taħriġ fil- Meditazzjoni Karmelitana, issir l-Erbgħa 20 ta’ Mejju. Inkomplu nidħlu fil-fond dwar kif il-meditazzjoni ssir kontinwa fil-ħajja ta’ kuljum.
NIFFUKAW FUQ IR-RABTA TAL-MEDITAZZJONI ASPIRATTIVA MAL-ĦAJJA TA’ KULJUM:
- Naraw kif l-aspirazzjoni tista’ ssir parti mill-ġurnata u toħloq ritmu spazju meditattiv u ta’ talb ukoll fost il-ħidma tal-jum.
- Inħarsu lejn l-aspirazzjoni bħala pont il-ġabra ġewwinija u l-ħajja attiva, sabiex nikkultivaw l-għaqda ma’ taqta’ xejn magħna nfusna u ma’ Alla.
- Nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tagħlim fuq l-aspirazzjoni, ta’ Ġwann ta’ San Sansun, sabiex insostnu t-taħriġ tagħna lil hinn mill-ħinijiet formali tal-meditazzjoni.
Fi tmiem it-taħdita jkollna nofs siegħa taħriġ u wara ngħalqu bl-Għasar.
Post: Ċentru Parrokkjali, Triq Sir William Reid, Gżira.

